17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Linköpings tingsrätt (l-Isvezja) fid-19 ta’ Jannar 2010 — Lotta Andersson vs Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten
(Kawża C-30/10)
2010/C 100/26
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Linköpings tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lotta Andersson
Konvenut: Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten
Domandi preliminari
Dispożizzjoni nazzjonali li teskludi impjegat mill-benefiċċju ta’ dritt preferenzjali (privileġġ) minħabba l-fatt li huwa żamm, waħdu jew flimkien mal-qraba tiegħu, sehem sostanzjali tal-impriża jew wettaq influwenza sinjifikattiva fuq l-attivitajiet tagħha fis-sitt xhur qabel applikazzjoni għal stralċ, tikkonforma mal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE (1) tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 261.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217
Full & Egal Universal Law Academy