17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (Il-Bulgarija) fl-20 ta’ Jannar 2010 — Tony Georgiev Semerdjiev vs Del-Pi-Krasimira Mancheva
(Kawża C-32/10)
2010/C 100/28
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tony Georgiev Semerdjiev
Konvenuti: ET “Del-Pi-Krasimira Mancheva” u ZPAD “Bulstrad”
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/314 (1) huma applikabbli għall-każ ineżami [għas-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali]?
(2)
Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-kunċett ta’ “servizzi turistiċi oħra” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Diretttiva Nru 90/314 u dan il-kunċett jinkludi l-obbligu tal-organizzatur li jassigura lill-konsumatur?
—
Liema riskji għandhom ikunu koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż, f’isem il-konsumatur, bejn l-organizzatur u l-kumpannija ta’ assigurazzjoni?
—
Liema tip ta’ assigurazzjoni għandha tiġi pprovduta: polza ta’ assigurazzjoni għal grupp li tkopri l-parteċipanti kollha fil-vjaġġ kollox kompriż jew polza ta’ assigurazzjoni individwali li tkopri individwalment lil kull parteċipant?
(3)
L-obbligu tal-organizzatur li jipprovdi lill-konsumatur, qabel ma jibda l-vjaġġ, informazzjoni dwar il-konklużjoni volontarja ta’ polza ta’ assigurazzjoni sabiex ikopri l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni, fil-każ ta’ aċċident, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni individwali mal-konsumatur li jkopri l-ispejjeż ta’ assistenza, inkluża r-ripatrijazzjoni, fil-każ ta’ aċċident?
(4)
L-organizzatur għandu l-obbligu taħt id-Direttiva 90/314/KEE li jipprovdi lill-konsumatur bil-polza ta’ assigurazzjoni oriġinali qabel ma jibda l-vjaġġ?
(5)
Kif għandu jiġi interpretat it-terminu “danni” li l-konsumatur isostni minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314?
(6)
Il-kunċett ta’ “danni” li l-konsumatur isostni minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 jinkludi wkoll ir-responsabbiltà għad-danni morali subiti mill-konsumatur?
(7)
Kif għandhom jiġu interpretati t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 fil-każ ta’ talbiet għal kumpens għad-danni morali li jirriżultaw minn danni fuq il-persuna minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni żbaljata tas-servizzi inklużi fil-vjaġġ kollox kompriż, b’mod partikolari meta ma tingħatax il-polza ta’ assigurazzjoni oriġinali lill-konsumatur, fil-każ fejn din tal-aħħar ma tipprovdix limitu għal kumpens għad-danni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132)
Full & Egal Universal Law Academy