27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/17
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-35/10)
2010/C 80/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u J. Sénéchal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE skada fit-30 ta’ April 2008. Madankollu, sal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwa każ, ma infurmatx b’dan lill-Kummissjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 8, p. 357
Full & Egal Universal Law Academy