17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State, Afdeling Bestuursrechtspraak (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2010 — VZW Vlaamse Dierenartsenvereniging u Marc Janssens vs Belgische Staat
(Kawża C-45/10)
2010/C 100/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State, Afdeling Bestuursrechtspraak
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VZW Vlaamse Dierenartsenvereniging u Marc Janssens
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 3(b), 4(2) u 5 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1) u l-artikoli u l-annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (2), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża wkoll il-mudell tal-passaport Ewropew għall-pets bħala prova tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-klieb u barra minn hekk tipprovdi li terzi jistgħu jagħmlulu tibdil dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-annimal fil-Partijiet I sa III ta’ passaport Ewropew tal-pets iċċertifikat minn veterinarju awtorizzat permezz ta’ stikers ta’ identifikazzjoni li huma sovraposti fuq id-dettalji preċedenti ta’ identifikazzjoni?
(2)
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jużaw ukoll il-mudell tal-passaport Ewropew għall-pets li jinsab fid-Deċiżjoni 2003/803/KE, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes, bħala prova tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-klieb u barra minn hekk tipprovdi li terzi jistgħu jagħmlulu tibdil dwar l-identifikazzjoni tas-sid u u tal-annimali fil-Partijiet I sa III ta’ dan il-passaport, huma regolamenti tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (3), li skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea qabel ma jiġu adottati?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 75
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 198
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337
Full & Egal Universal Law Academy