17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/24
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-48/10)
2010/C 100/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tiddikjara li peress li ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi skont l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għall-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva IPPC)
—
Tikkundanna lil-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE, it-terminu sabiex jitwettaq l-obbligu li l-installazzjonijiet eżistenti jiġu adattati mar-rekwiżiti tad-Direttiva IPPC, permezz tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ambjentali integrata, skada fit-30 ta’ Ottubru 2007.
Sal-lum, fi Spanja għad hemm diversi installazjonijiet eżistenti li joperaw mingħajr l-imsemmija awtorizzazzjoni. Il-proċess ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ambjentali tħaffef wara l-ftuħ ta’ proċedura bbażata fuq dan il-ksur, minkejja li, madankollu, dan ma wassalx sabiex il-ksur jintemm, la fit-terminu previst fl-opinjoni motivata u lanqas, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, sal-lum. Skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali bi tweġiba għall-opinjoni motivata, sal-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-direttiva, kien għad fadal 533 installazzjoni eżistenti li kienu għadhom joperaw mingħajr l-awtorizzazzjoni IPPC mandatorja.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa evidenti li r-Renju ta’ Spanja għadu qed jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU L 24, p. 8
Full & Egal Universal Law Academy