27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/22
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-49/10)
2010/C 80/37
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u B. Rous Svete)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz tal-permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8, jew meta xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet applikabbli, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2), bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Komunità, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/1/KE, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva PKIT) (1)
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Fir-rigward tat-tweġiba tar-Repubblika tas-Slovenja għall-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tikkonstata li d-diversi fabbriki fis-Slovenja qed ikomplu jiġu operati mingħajr permessi validi, li jfisser ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE.
(1) ĠU L 24, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy