1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/17
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/06 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-51/10 P)
2010/C 113/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. Z o.o. (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/2006
—
tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi applikat kriterji legali żbaljati meta kkonstatat li t-trade mark tal-appellanti ma setgħetx tiġi rreġistrata.
L-appellanti ssostni ulterjorment li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-Trade mark Komunitarja, jew dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet f’daqqa, billi ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-prassi tal-UASI fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade marks komposti minn ċifri jew minn indikazzjoni tal-kontenut tal-pubblikazzjonijiet.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
Full & Egal Universal Law Academy