17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Symvoulio tis Epikrateias fl-1 ta’ Frar 2010 — Eleftheri tileorasi A.E. “Alter Channel” u Konstantinos Andreas vs Ypourgos Tipou kai Meson Mazikis Enimerosis u Ethniko Symvoulio Radiotileorasis
(Kawża C-52/10)
2010/C 100/37
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eleftheri tileorasi A.E. “Alter Channel” u Konstantinos Giannikos.
Konvenuti: Ypourgos Tipou kai Meson Mazikis Enimerosis u Ethniko Symvoulio Radiotileorasis.
Domanda preliminari
(1)
L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), kif emendat mill-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 2, p. 321) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ “reklamar bil-moħbi”, l-għoti ta’ remunerazzjoni, ta’ ħlas jew xi forma ta’ ħlas oħra jikkostitwixxi element kunċettwali indispensabbli tal-għan ta’ reklamar?
Full & Egal Universal Law Academy