1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/18
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222)
(Kawża C-55/10 P)
2010/C 113/28
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07;
—
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u
—
tornda lill-UASI jbati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), għaliex meta ddikjarat li t-trade marks tal-appellanti ma jistgħux jiġu rreġistrati, hija applikat kriterji legali żbaljati.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja jew ż-żewġ dispożizzjonijiet, peress illi ma tteħditx inkunsiderazzjoni, b’mod adegwat, il-prassi tal-UASI dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsisti f’ċifri jew li jirreferu għall-kontenut ta’ pubblikazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy