17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2010 — Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-57/10)
2010/C 100/38
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW
Konvenut: L-Istat Belġjan
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 3(b), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets, u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u l-Artikoli flimkien mal-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/803/CE (2), tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes jipprekludu li skema nazzjonali dwar passaport għal qtates u nemes tirreferi għall-mudell u għar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2003 imsemmija iktar ’il fuq, iżda jimponu wkoll li kull passaport ikollu numru uniku li jinkludi tlettax-il karattru, jiġifieri l-Kodiċi ISO tal-Belġju “BE”, segwit min-numru tal-identifikazzjoni tad-distributur li jikkonsisti f’żewġ numri, u warajh disa’ numri oħra?
(2)
Skema nazzjonali li, fir-rigward ta’ passaport għal qtates u nemes, tirreferi għall-mudell u għar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Novembru 2003, imsemmija iktar ’il fuq, iżda li timponi wkoll li kull passaport ikollu numru uniku li jinkludi tlettax-il karattru, jiġifieri l-Kodiċi ISO tal-Belġju “BE”, segwit min-numru tal-identifikazzjoni tad-distributur li jikkonsisti f’żewġ numri, u warajh disa’ numri oħra, hija regolament tekniku fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/CE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi li, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea qabel ma jiġi adottat?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 75.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 198.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy