17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/26
Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Frar 2010 fil-kawżi — Monsanto SAS, Monsanto Agriculture France SAS, Monsanto International SARL, Monsanto Technology LLC vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Monsanto SAS, Monsanto Agriculture France SAS, Monsanto International SARL, Monsanto Europe SA vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Association générale des producteurs de maïs (AGPM) vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — SCEA de Malaprade, SCEA Coutin, Jérôme Huard, Dominique Richer, EARL de Candelon, Bernard Mir, EARL des Menirs, Marie-Jeanne Darricau, GAEC de Commenian vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Pioneer Génétique, Pioneer Semences vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Syndicat des établissements de semences agréés pour les semences de maïs (SEPROMA) vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Caussade Semences SA vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche Société Limagrain Verneuil Holding vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Société Maïsadour Semences vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Ragt Semences SA vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche — Euralis Semences SAS, Euralis Coop vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
((Kawża C-58/10) - (Kawża C-59/10) - (Kawża C-60/10) - (Kawża C-61/10) - (Kawża C-62/10) - (Kawża C-63/10) - (Kawża C-64/10) - (Kawża C-65/10) - (Kawża C-66/10) - (Kawża C-67/10) - (Kawża C-68/10))
2010/C 100/39
Lingwa tal-kawża: il-franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Monsanto SAS, Monsanto Agriculture France SAS, Monsanto International SARL, Monsanto Technology LLC (C-58/10), Monsanto SAS, Monsanto Agriculture France SAS, Monsanto International SARL, Monsanto Europe SA (C-59/10), Association générale des producteurs de maïs (AGPM) (C-60/10), SCEA de Malaprade, SCEA Coutin, Jérôme Huard, Dominique Richer, EARL de Candelon, Bernard Mir, EARL des Menirs, Marie-Jeanne Darricau, GAEC de Commenian (C-61/10), Pioneer Génétique, Pioneer Semences (C-62/10), Syndicat des établissements de semences agréés pour les semences de maïs (SEPROMA) (C-63/10), Caussade Semences SA (C-64/10), Société Limagrain Verneuil Holding (C-65/10), Société Maïsadour Semences (C-66/10), Ragt Semences SA (C-67/10), Euralis Semences SAS, Euralis Coop (C-68/10)
Konvenut: Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
Domandi preliminari
(1)
Meta organiżmu modifikat ġenetikament li jikkostitwixxi għalf għall-annimali tqiegħed fuq is-suq qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (1) u li din l-awtorizzazzjoni nżammet fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, il-prodott inkwistjoni għandu jitqies, sakemm tingħata deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida li għandha tiġi ppreżentata skont dan ir-regolament, fost il-prodotti msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/18/KE (2) iċċitati [f’dawn id-deċiżjonijiet] u, f’dan il-każ, dan l-organiżmu modifikat ġenetikament huwa suġġett, għal dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġi adottati wara li tingħata l-awtorizzazzjoni ta’ tqiegħed fuq is-suq, biss għall-Artikolu 23 tad-Direttiva u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiżguraw it-traspożizzjoni tagħha?
(2)
Fil-każ li l-miżuri ta’ emerġenza jistgħu jiġu adottati biss fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) 1829/2003, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jistgħu jadottaw, u taħt liema ċirkustanzi, miżura bħal dik tad-digriet kkontestat (3), skont il-kontroll tar-riskju msemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (4) jew miżuri kawtelatorji li jistgħu jiġu adottati minn Stat Membri abbażi tal-Artikolu 54 tal-istess regolament?
(3)
Fil-każ li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jistgħu jintervjenu abbażi tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE jew abbażi tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, jew fuq dawn iż-żewġ bażijiet legali, ir-rikors iqajjem il-kwistjoni dwar liema livell ta’ rekwiżit, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-prinċipju ta’ prekawżjoni, huwa impost, rispettivament, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tad-Direttiva li jissuġġetta l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza bħas-sospensjoni jew il-projbizzjoni mill-użu tal-prodott għall-kundizzjoni li l-Istat Membru jkollu “raġunijiet iktar dettaljati biex [j]ikkunsidra li GMO […] jikkostitwixxi riskju [għal]l-ambjent” u dawk tal-Artikolu 34 tar-Regolament li jissuġġetta l-adozzjoni ta’ tali miżura għall-kundizzjoni li l-prodotti jkunu “x’aktarx jikkostitwixxu riskju serju [għal]l-ambjent” fir-rigward tal-identifikazzjoni tar-riskju, tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà tiegħu u tal-eżami tan-natura tal-effetti tiegħu?
(1) Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432 — 454).
(2) Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77 — 114).
(3) Digriet tal-5 ta’ Diċembru 2007, fil-Kawża C-58/10; digriet tas-7 ta’ Frar 2008, emendat bid-digriet tat-13 ta’ Frar 2008, fil-Kawżi C-59/10 sa C-68/10.
(4) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463 — 486).
Full & Egal Universal Law Academy