1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Frar 2010 — Office of Communications vs The Information Commissioner
(Kawża C-71/10)
2010/C 113/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Office of Communications
Konvenut: The Information Commissioner
Domanda preliminari
Taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/4/KE (1), meta awtorità pubblika jkollha tagħrif dwar l-ambjent li l-iżvelar tiegħu jikkawża dannu lill-interessi differenti protetti minn iktar minn deroga waħda (f’dan il-każ, l-interess tas-sigurtà pubblika protett mill-Artikolu 4(2)(b), u l-interess tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali protett mill-Artikolu 4(2)(e)) iżda, li kieku dawn id-derogi kienu eżaminati separatament, dan id-dannu ma kienx ikun sinjifikattiv biżżejjed biex jisboq l-interess pubbliku għall-iżvelar, id-Direttiva timponi eżami supplimentari li jikkonsisti fl-eżerċizzju fejn l-interessi differenti protetti miż-żewġ derogi jingħaqdu u jitpoġġew flimkien sabiex jitwiżnu kontra l-interess pubbliku għall-iżvelar?
(1) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 375)
Full & Egal Universal Law Academy