17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2010 — Proċeduri kriminali kontra Marcello Costa
(Kawża C-72/10)
2010/C 100/41
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte Suprema di Cassazione
Parti fil-kawża prinċipali
Marcello Costa
Domanda preliminari
X’inhi l-interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw il-libertà ta’ stabbiliment u l-provvista ta’ servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi sabiex jiġi stabbilit jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ monopolju favur l-istat u sistema ta’ liċenzji u ta’ awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru partikolari ta’ liċenzji, tipprevedi: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali għall-protezzjoni tat-titolari ta’ liċenzji mogħtija fi żmien preċedenti fuq il-bażi ta’ proċedura li b’mod illegali eskludiet parti mill-operaturi; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li de facto jiggarantixxu ż-żamma tal-pożizzjonijiet kummerċjali akkwistati fuq il-bażi ta’ proċedura li eskludiet illegalement parti mill-operaturi (bħal, pereżempju, il-projbizzjoni li konċessjonarji ġodda jpoġġu l-kjoskijiet tagħhom f’inqas minn distanza partikolari minn dawk diġà eżistenti); ċ) l-iffissar ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni u ta’ akkwist ta’ garanzija ta’ entità għolja ħafna, fosthom l-ipoteżi fejn il-konċessjonarju jmexxi direttament jew indirettament attività transkonfinali ta’ logħob simili għal dawk li huma s-suġġett tal-konċessjoni?
Full & Egal Universal Law Academy