1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Siegburg (Il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2010 — Hüseyin Balaban vs Zelter GmbH
(Kawża C-86/10)
2010/C 113/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Siegburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hüseyin Balaban
Konvenuta: Zelter GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fl-għażla ta’ ħaddiema li għandhom jitkeċċew għal raġunijiet marbuta mal-operat tal-kumpannija, tippermetti li jiġu stabbiliti gruppi skont l-età sabiex tiżgura struttura ta’ età bbilanċjata u wkoll li l-għażla bejn impjegati paragunabbli ssir b’tali mod li l-proporzjon bejn in-numru ta’ impjegati li għandhom jintgħażlu mill-gruppi ta’ età rispettivi u n-numru totali ta’ impjegati paragunabbli li ser jitkeċċew jikkorrispondi mal-proporzjon bejn in-numru ta’ ħaddiema impjegati fil-gruppi ta’ età rispettivi u n-numru tal-impjegati paragunabbli kollha tal-kumpannija?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)
Full & Egal Universal Law Academy