1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-17 ta’ Frar 2010 — Q-Beef NV vs Belgische Staat
(Kawża C-89/10)
2010/C 113/39
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Q-Beef NV
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tapplika terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fis-sistema legali nazzjonali għall-dejn dovut mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxa u li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li tħallsu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ sistema ġdida ta’ għajnuna u ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li tissostitwixxi l-ewwel sistema u li, permezz ta’ deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni ddikjarata kompatibbli mad-dritt Komunitarju, iżda mhux sa fejn dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu imposti retroattivament għal perijodu qabel id-data ta’ din id-deċiżjoni?
(2)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jkun jista’ jinvoka, b’suċċess, termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali li huma partikolarment favorih meta mqabbla mad-dritt komuni nazzjonali, sabiex jiddefendi ruħu fil-proċeduri mressqa kontrih minn individwu, bl-għan li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet li dan tal-aħħar għandu taħt it-Trattat KE, bħal fil-każ deskritt mill-qorti nazzjonali, fejn dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli għandhom il-konsegwenza li jirrendu impossibbli l-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxa li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li l-inkompatibbiltà tiegħu mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biss wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli, anki jekk l-illegalità kienet teżisti preċedentement?
Full & Egal Universal Law Academy