1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/25
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-90/10)
2010/C 113/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tiddikjara li,
—
billi naqas milli jistabbilixxi prijoritajiet ta’ konservazzjoni fir-rigward taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għas- siti ta’ importanza għall-Komunità tar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan li jinsabu fit-territorju tiegħu, indikati mid-Deċiżjoni 2002/11/KE (1), skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE (2), u
—
billi naqas milli jadotta u jimplementa miżuri xierqa ta’ konservazzjoni kif ukoll sistema ta’ protezzjoni li tevita d-deterjorament tal-habitat u t-tfixkil sinjifikattiv tal-ispeċi, li jiżguraw il-protezzjoni legali taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni tas-siti li jinsabu fit-territorju Spanjol imsemmija fid-Deċiżjoni 2002/11/KE, skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 92/43/KEE,
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 92/43/KEE;
—
Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għas-siti ta’ importanza għall-Komunità tar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan li jinsabu fit-territorju tiegħu, indikati mid-Deċiżjoni 2002/11/KE,
—
l-obbligu li jistabbilixxi prijoritajiet ta’ konservazzjoni, skont l-Artikolu 4(4) tad-direttiva;
—
l-obbligu li jadotta u jimplementa miżuri xierqa ta’ konservazzjoni kif ukoll sistema ta’ protezzjoni li tevita d-deterjorament tal-habitat u t-tfixkil sinjifikattiv tal-ispeċi, li jiżguraw il-protezzjoni legali tal-imsemmija żoni speċjali ta’ konservazzjoni, skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-direttiva.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissoni, tat-28 ta’ Diċembru 2001, li tadotta l-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Makaroneżju, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 417)
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
Full & Egal Universal Law Academy