1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Breda (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Frar 2010 — VAV Autovermietung GmbH vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
(Kawża C-91/10)
2010/C 113/41
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Breda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAV Autovermietung GmbH.
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikoli 49 KE sa 55 KE (li saru l-Artikoli 56 sa 62 TFUE), jipprekludi sistema legali nazzjonali li tipprovdi li persuna residenti jew stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u li hemmhekk tuża vettura rreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, meta tuża l-vettura għall-ewwel darba fit-toroq Olandiżi, tħallas taxxa, fejn inizjalment l-ammont sħiħ tagħha huwa mitlub u fejn il-bilanċ jitħallas lura, mingħajr kumpens għal interessi, wara li jintemm l-użu ta’ din il-vettura fit-toroq Olandiżi, u dan sabiex l-ammont dovut u mħallas ikun finalment jikkorrispondi għat-tul tal-użu fil-Pajjiżi l-Baxxi?
(2)
Jekk is-sistema legali inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni għall-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikoli 49 KE sa 55 KE (li saru l-Artikoli 56 sa 62 TFUE), l-istess sistema tista’ tkun iġġustifikata mit-trattament ugwali tal-vetturi kollha disponibbli fil-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll mill-għan ta’ prevenzjoni ta’ abbużi (li huwa marbut ma’ dan it-trattament ugwali u li jirriżulta minnu) u/jew mill-għan li tiġi evitata diskriminazzjoni inversa fil-konfront tal-kerrejja domestiċi u tal-klijenti tagħhom sa fejn fil-każ ta’ kirja domestika jintalab il-ħlas bil-quddiem tal-ammont kollu tat-taxxa?
Full & Egal Universal Law Academy