17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis-17 ta’ Frar 2010 — Danfoss A/S u Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet
(Kawża C-94/10)
2010/C 100/47
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Danfoss A/S u Sauer-Danfoss ApS
Konvenuta: Skatteministeriet
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal rimbors ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq l-argument li ma hijiex l-impriża li ħalset id-dazju lill-Istat?
(2)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal kumpens għad-danni ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq argumenti invokati mill-Istat Membru (speċifikament, li l-impriża ma hijiex il-parti li sofriet id-danni direttament u li ma hemmx rabta kawżali bejn kwalunkwe danni u l-imġiba li ħolqot ir-responsabbiltà)?
Full & Egal Universal Law Academy