1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Frar 2010 — Strong Segurança SA vs Município de Sintra, Securitas-Serviços u Tecnologia de Segurança
(Kawża C-95/10)
2010/C 113/43
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Strong Segurança SA.
Konvenuta: Município de Sintra, Securitas-Serviços u Tecnologia de Segurança.
Domandi preliminari
(1)
Wara l-31 ta’ Jannar 2006, l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, huwa direttament applikabbli fis-sistema interna fis-sens li jagħti lill-individwi dritt li dawn jistgħu jużaw kontra l-korpi tal-amministrazzjoni Portugiża?
(2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-kunċett huwa applikabbli għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett is-servizzi msemmija fl-Anness II B minkejja dak li jipprovdi l-Artikolu 21 tal-istess direttiva?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)
Full & Egal Universal Law Academy