1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/29
Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Dax (Franza) fit-22 ta’ Frar 2010 fil-kawżi — AG2R Prévoyance vs Bourdil SARL — AG2R Prévoyance vs Société boucalaise de boulangerie SARL — AG2R Prévoyance vs Baba-Pom SARL
((Kawża C-97/10) - (Kawża C-98/10) - (Kawża C-99/10))
2010/C 113/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance de Dax
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AG2R Prévoyance
Konvenuti: Bourdil SARL, Société boucalaise de boulangerie SARL, Baba-Pom SARL
Domanda preliminari
Ftehim kollettiv wiesa’ li jagħti dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni lil sistema unika ta’ rimbors komplementari tal-ispejjeż tas-saħħa (f’dan il-każ, l-Institut AG2R Prévoyance) jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 KE meta dan il-ftehim ma jistabbilixxix, jew saħansitra jeskludi espressament, kull eżenzjoni mill-affiljazzjoni mal-imsemmija sistema (bil-kundizzjoni li r-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni ma jostakolawx l-applikazzjoni tal-inkarigu mogħti lill-Institut AG2R Prévoyance)?
Full & Egal Universal Law Academy