19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2010 — Merck & Co Inc vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-125/10)
2010/C 161/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Merck & Co Inc
Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt
Domanda preliminari
Mediċini jistgħu jkunu suġġetti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (1) meta meta ż-żmien li jkun għadda bejn id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità jkun inqas minn ħames snin?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy