1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/36
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-127/10)
2010/C 113/56
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanassou-Apostolopolou u G. Zavvos)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkionarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE fil-liġi nazzjonali skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 157, 09.06.2006, p. 24.
Full & Egal Universal Law Academy