5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-12 ta’ Marzu 2010 — Corman SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C-131/10)
2010/C 148/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corman SA
Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [tal-Kummissjoni] (KE) Nru 2571/97, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (1), u tar-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999 ], dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu leġiżlazzjoni settorjali Komunitarja li tidderoga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, (3) u li tostakola l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-preskrizzjoni?
(2)
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, għandu jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli biss għall-każijiet fejn l-irregolarità titwettaq mill-benefiċjarju ta’ sussidju, filwaqt li r-regola ġenerali tal-preskrizzjoni ta’ 4 snin tapplika fil-każijiet kollha ta’ irregolaritajiet imwettqa minn partijiet kontraenti mal-benefiċjarju u dan fid-dawl tat-terminu massimu ta’ 4 snin applikabbli għal-leġiżlazzjoni [Komunitarja] tal-partijiet kontraenti fil-kuntest tal-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 22, p. 147.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 366.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy