5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/15
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-133/10)
2010/C 148/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u K. Walkerová, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (1), u fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/81/KE skada fid-19 ta’ Diċembru 2006. Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 312, p. 47
Full & Egal Universal Law Academy