22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2010 — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso
(Kawża C-135/10)
2010/C 134/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SCF Consorzio Fonografici
Konvenut: Marco Del Corso
Domandi preliminari
(1)
Il-Konvenzjoni ta’ Ruma fuq il-Protezzjoni tal-Artisti, tal-Produtturi tal-Fonogrammi u tal-Organizzazzjonijiet tax-Xandir tas-26 ta’ Ottubru 1961, il-Ftehim TRIPs (The Agreement on Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights), u t-Trattat WIPO (World Intellectual Property Organization) fuq l-interpretazzjonijiet u l-eżekuzzjonijiet u fuq il-fonogrammi (WPPT) huma direttament applikabbli fis-sistema legali Komunitarja?
(2)
Is-sorsi msemmija iktar ’il fuq tad-dritt internazzjonali huma wkoll direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi?
(3)
Il-kunċetti rispettivi ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsabu fit-testi li jirriżultaw mid-dritt tat-trattati msemmija iktar ’il fuq huma konformi ma’ dawk Komunitarji li jinsabu fid-Direttivi 100/92/KE (1) u 2001/29/KE (2), u fil-każ li ma jkunux, liema sors għandu jkollu preċedenza?
(4)
Ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi li jsir ġewwa l-kliniċi dentistiċi privati li jeżerċitaw attività ekonomika bħala attività professjonali, favur il-klijentela tagħhom li jibbenefikaw minn dan ix-xandir indipendentement mir-rieda tagħhom, jikkostitwixxi “komunikazzjoni lill-pubbliku”, jew “jagħmlu disponibbli lill-pubbliku” skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE?
(5)
Din l-attività ta’ xandir tagħti dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur il-produtturi fonografiċi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230
Full & Egal Universal Law Academy