5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — Il-Komunitajiet Ewropej vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-137/10)
2010/C 148/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Il-Komunitajiet Ewropej
Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 282 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-kliem “[g]ħal dan il-għan, il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni” li jinsabu fit-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li istituzzjoni hija validament awtorizzata li tirrappreżenta lill-Komunità bis-saħħa tas-sempliċi fatt li jeżisti mandat li bih il-Kummissjoni ddelegat lil din l-istituzzjoni s-setgħat ta’ rappreżentazzjoni legali tal-Komunità, irrispettivament mill-fatt jekk il-mandat jaħtarx jew le, b’mod partikolari, persuna fiżika awtorizzata li tirrappreżenta l-istituzzjoni ddelegata?
(2)
Jekk le, tista’, qorti nazzjonali bħall-Conseil d’État, tivverifika l-ammissibbiltà ta’ rikors ta’ istituzzjoni Ewropea debitament awtorizzata biex taġixxi mill-Kummissjoni, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 282 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, billi teżamina jekk din l-istituzzjoni hijiex rappreżentata mill-persuna fiżika adegwata li hija awtorizzata li tippreżenta rikors quddiem il-qorti nazzjonali?
(3)
Sussidjarjament, u f’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-kliem “assistit minn Deputat Segretarju Ġenerali li jkun responsabbli mit-tmexxija tas-Segretarjat Ġenerali”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-Deputat Segretarju Ġenerali jista’ validament jirrapreżenta l-Kunsill għall-finijiet ta’ preżentata ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy