22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden tas-17 ta’ Marzu 2010 — Prism Investments BV vs J.A. van der Meer, fil-kwalità tiegħu ta’ kuratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ Arilco Holland BV.
(Kawża C-139/10)
2010/C 134/43
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prism Investments BV
Konvenuta: J.A. van der Meer, fil-kwalità tiegħu ta’ kuratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ Arilco Holland BV.
Domandi preliminari
L-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 44/2001 (1) jipprekludi lil qorti adita b’rikors previst fl-Artikolu 43 u 44 ta’ dan ir-regolament milli tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva minħabba motiv li huwa differenti minn dawk previsti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament, li huwa invokat kontra l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ddikjarata eżekuttiva u li ġie invokat wara li din id-deċiżjoni ngħatat, bħall-motiv li din id-deċiżjoni diġà giet eżegwita?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)
Full & Egal Universal Law Academy