19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis-17 ta’ Marzu 2010 — Greenstar-Kanzi Europe NV vs 1. Jean Justin u 2. Jo Goossens
(Kawża C-140/10)
2010/C 161/27
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti
:
Greenstar-Kanzi Europe NV
Konvenuti
:
Jean Justin
Jo Goossens
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (2), moqri flimkien mal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27 u 104 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 iċċitat iktar ’il fuq, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju jew il-persuna liċenzjata tista’ tressaq azzjoni għal ksur ta’ liġi kontra kull persuna li twettaq atti fir-rigward ta’ materjal mibjugħ jew ittrasferit lil din tal-aħħar mill-persuna liċenzjata fil-każ fejn il-limiti stabbiliti fil-ftehim tal-liċenzja konkluż bejn il-persuna liċenzjata u l-proprjetarju tad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ tali materjal ma ġewx osservati?
(2)
Jekk ir-risposta li tingħata tkun fl-affermattiv, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ksur, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk il-persuna li tkun wettqet l-atti msemmija iktar ’il fuq tkunx ġiet informata jew kellhiex tiġi informata bl-imsemmija limiti inklużi fil-ftehim tal-liċenzja?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 178
Full & Egal Universal Law Academy