5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2010 — Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts vs JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch
(Kawża C-144/10)
2010/C 148/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
Konvenut: JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch
Domandi preliminari
(1)
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), jestendi wkoll għall-kawżi li fihom kumpannija jew persuna ġuridika tikkontesta, fir-rigward ta’ kawża mressqa kontriha abbażi ta’ att legali, l-invalidità, minħabba ksur tal-istatut tal-assoċjazzjoni, tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħha li wasslu għall-konklużjoni ta’ dan l-att?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll għall-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku sa fejn il-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħhom għandha tiġi mistħarrġa mill-qrati ċivili?
(3)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: il-qorti tal-Istat Membru, li tkun l-aħħar istanza fil-proċeduri legali skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001, għandha tissospendi l-proċeduri meta jiġi sostnut, fir-rigward ta’ konvenzjoni li tattribwixxi ġurisdizzjoni, il-fatt li din il-konvenzjoni hija wkoll mingħajr effett minħabba l-invalidità, skont l-istatuti tal-assoċjazzjoni, tad-deċiżjoni tal-korpi tagħha?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy