19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (afdeling Hasselt) (il-Belġju) fil-31 ta’ Marzu 2010 — Dai Cugini NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
(Kawża C-151/10)
2010/C 161/31
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen (afdeling Hasselt)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dai Cugini NV
Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
Domandi preliminari
(1)
Il-preżunzjoni li tinsab fl-Artikolu 22b tal-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 1969 li temenda d-Digriet Liġi tat-28 ta’ Diċembru 1944 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema (il-Liġi ONSS) u l-Artikolu 171 tal-Liġi Programm tat-22 ta’ Diċembru 1989, fil-verżonijiet suċċessivi tagħhom, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju u mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE (1), u b’mod aktar partikolari mal-klawżola 5(1)(a) tagħha, li tipprovdi li, fil-kuntest tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time, l-Istati Membri, wara konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali skont il-leġiżlazzjonijiet jew prattiki nazzjonali, għandhom jidentifikaw u jeżaminaw l-ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet għal xogħol part-time u, meta approprjat, jeliminawhom?
(2)
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu lil min iħaddem, skont l-Artikoli 157 sa 169 tal-Liġi Programm tat-22 ta’ Diċembru 1989, li jifformula u li jikkonserva diversi dokumenti tas-sigurtà soċjali, li jippenalizzaw kriminalment in-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dawn l-obbligi u li jimponu multi amministrattivi kif ukoll penalitajiet ċivili, huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju u u mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, u b’mod aktar partikolari mal-klawżola 5(1)(a) tagħha, li tipprovdi li, fil-kuntest tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time, l-Istati Membri wara konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali skont il-leġiżlazzjonijiet jew prattiki nazzjonali, għandhom jidentifikaw u jeżaminaw l-ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet għal xogħol part-time u, meta approprjat, jeliminawhom?
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267)
Full & Egal Universal Law Academy