5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Marzu 2010 — Unomedical A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-152/10)
2010/C 148/31
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unomedical A/S
Konvenut: Skatteministeriet (il-Ministeru Daniż tat-Taxxa)
Domandi preliminari
(1)
Borża tad-dijalisi, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal apparat ta’ dijalisi u tista’ tintuża biss permezz tiegħu, għandha tiġi klassifikata taħt
—
il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9010 90 30, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal apparat ta’ dijalisi,
jew
—
il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?
(2)
Borża li titbattal fiha l-awrina, mmanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal kateter u konsegwentement tista’ tintuża biss — u fil-fatt hija użata biss — permezz ta’ katerer, għandha tiġi klassifikata taħt
—
il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9018399030, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal kateter,
jew
—
il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?
Full & Egal Universal Law Academy