5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-6 ta’ April 2010 — Olivier Martinez, Robert Martinez vs Société MGN Ltd.
(Kawża C-161/10)
2010/C 148/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Olivier Martinez, Robert Martinez
Konvenuta: Société MGN Ltd
Domandi preliminari
L-Artikoli 2 u 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu ġurisdizzjoni lil qorti ta’ Stat Membru sabiex tiddeċiedi dwar rikors li jirrigwarda ksur tad-drittijiet relatati mal-personalità li jista’ jitwettaq minħabba li informazzjoni u/jew ritratti jitqiegħdu online fuq sit tal-internet ippubblikat fi Stat Membru ieħor minn kumpannija rreġistrata f’dan it-tieni Stat — jew inkella fi Stat Membru ieħor, li fi kwalunwke każ huwa differenti mill-ewwel wieħed–:
—
jew abbażi tal-kundizzjoni li dan is-sit tal-internet ikun jista’ jiġi kkonsultat minn ġewwa dan l-ewwel Stat,
—
jew unikament meta bejn il-fatt li jikkawża ħsara u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat teżisti rabta suffiċjenti, sostanzjali jew sinjifikattiva u, f’dan it-tieni każ, jekk din ir-rabta tistax tirriżulta:
—
min-numru ta’ konnessjonijiet għall-paġna inkwistjoni minn ġewwa dan l-ewwel Stat Membru, f’valur assolut jew relattiv għall-konnessjonijiet kollha għall-imsemmija paġna,
—
mir-residenza, jew anki min-nazzjonalità, tal-persuna li tilmenta minn ksur tad-drittijiet tagħha relatati mal-personalità jew, b’mod iktar ġenerali, tal-persuni kkonċernati,
—
mil-lingwa li fiha tkun imxandra l-informazzjoni inkwistjoni jew minn kull element ieħor li jista’ juri r-rieda tal-editur tas-sit li jindirizza speċifikament lill-pubbliku ta’ dan l-ewwel Stat,
—
mill-post fejn iseħħu l-fatti msemmija u/jew fejn ittieħdu r-ritratti li eventwalment tqiegħdu online,
—
minn kriterji oħrajn?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy