19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Isernia (l-Italja) fit-2 ta’ April 2010 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello
(Kawża C-163/10)
2010/C 161/37
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Isernia (l-Italja)
Parti fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aldo Patriciello
Domanda preliminari
Il-fatt ta’ reat attribwit b’mod astratt lill-membru tal-Parlament Ewropew Aldo Patriciello (deskritt fl-akkuża u li l-Parlament Ewropew diġà ħa deċiżjoni ta’ immunità favur tiegħu fil-5 ta’ Mejju 2009), ikklassifikat bħala kalunnja skont l-Artikolu 368 tal-Kodiċi Kriminali, jikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ April 1965?
Full & Egal Universal Law Academy