3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ April 2010 — Emilian Kuć i Halina Jeziorska-Kuć vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
(Kawża C-181/10)
2010/C 179/29
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emilian Kuć u Halina Jeziorska-Kuć
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Domandi preliminari
(1)
Għandu jiġi applikat, fir-rigward ta’ bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), li jbigħ biċċiet ta’ art użati għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp tal-komun, għall-bini għall-akkomodazzjoni u għal servizzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT), l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li l-applikazzjoni ta’ assi ta’ impriża għall-użu privat ta’ persuna taxxabbli jew għall-finijiet oħra għajr dawk tal-operat tagħha titqies biss bħala provvista bi ħlas meta l-assi jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-VAT?
(2)
Bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, li jbigħ biċċiet ta’ art li jkunu preċedentement intużaw għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp tal-komun, għall-bini għall-akkomodazzjoni u għal servzzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT) għandu jitqies li huwa persuna suġġetta għal VAT fir-rigward ta’ dan il-bejgħ skont ir-regoli ġenerali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy