3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2010 — Marie-Noëlle Solvay, Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, La Hulpe — Notre village ASBL, Alix Walsh, André Philips, Les amis de la Forêt de Soignes ASBL, Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL, Grégoire Stassin, André Gilliard, Société Wallonne des Aéroports SA (SOWAER), Paul Fastrez, Henriette Fastrez, Infrabel SA, Jean-Pierre Olivier, Pierre Deneye, Paul Thiry, Antoine Boxus, Willy Roua, Gouvernement flamand, Inter-Environnement Wallonie ASBL, Sartau SA, Charleroi South Air Pur ASBL, Pierre Grymonprez, Philippe Grisard de la Rochette, Nicole Laloux, Annabelle Denoël-Gevers, Marc Traversin, Joseph Melard, Chantal Michiels, Thierry Regout, René Canfin, Georges Lahaye, Jeanine Postelmans, Christophe Dehousse, Christine Lahaye, Jean-Marc Lesoinne, Jacques Teheux, Anne-Marie Larock, Bernadette Mestdag, Jean-François Serrafin, Françoise Mahoux, Ferdinand Wallraf, Jeanne Mariel, Agnès Fortemps, Georges Seraffin, Jeannine Melen, Groupement Cerexhe-Heuseux/Beaufays ASBL, Action et Défense de l’Environnement de la vallée de la Senne et de ses affluents ASBL, Réserves naturelles RNOB ASBL, Stéphane Banneux, Zénon Darquenne, Guido Durlet, Société régionale wallonne du transport SRWT, Philippe Daras, Bernard Croiselet, Bernard Page, Intercommunale du Brabant Wallon SCRL, Codic Belgique SA, Fédéral Express European Services Inc. vs Région wallonne
(Kawża C-182/10)
2010/C 179/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle (Qorti Kostituzzjoni tal-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marie-Noëlle Solvay, Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, La Hulpe — Notre village ASBL, Alix Walsh, André Philips, Les amis de la Forêt de Soignes ASBL, Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l'Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL, Grégoire Stassin, André Gilliard, Paul Fastrez, Henriette Fastrez, Jean-Pierre Olivier, Pierre Deneye, Paul Thiry, Antoine Boxus, Willy Roua, Gouvernement flamand, Inter-Environnement Wallonie ASBL, Sartau SA, Charleroi South Air Pur ASBL, Pierre Grymonprez, Philippe Grisard de la Rochette, Nicole Laloux, Annabelle Denoël-Gevers, Marc Traversin, Joseph Melard, Chantal Michiels, Thierry Regout, René Canfin, Georges Lahaye, Jeanine Postelmans, Christophe Dehousse, Christine Lahaye, Jean-Marc Lesoinne, Jacques Teheux, Anne-Marie Larock, Bernadette Mestdag, Jean-François Serrafin, Françoise Mahoux, Ferdinand Wallraf, Jeanne Mariel, Groupement Cerexhe-Heuseux/Beaufays ASBL, Action et Défense de l’Environnement de la vallée de la Senne et de ses affluents ASBL, Réserves naturelles RNOB ASBL, Stéphane Banneux, Zénon Darquenne, Guido Durlet, Société régionale wallonne du transport SRWT, Philippe Daras, Bernard Croiselet, Bernard Page.
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 2(2) u 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (1) għandhom jiġu interpretati skont il-kjarifiki mogħtija mill-Gwida ta’ Applikazzjoni għal din il-Konvenzjoni?
(2)
(a)
L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija Konvenzjoni atti leġiżlattivi bħall-permessi urbani jew ambjentali mogħtija skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Digriet tal-Reġjun tal-Wallonie tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar ċerti permessi li għalihom hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?
(b)
L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija Konvenzjoni atti leġiżlattivi bħar-ratifiki tal-permessi urbani jew ambjentali li jinsabu fl-Artikolu 5 sa 9 u 14 sa 17 tal-imsemmi digriet?
(c)
L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva atti leġiżlattivi bħall-permessi urbani jew ambjentali mogħtija skont il-proċedura stabbilita bl-Artikoli 1 sa 4 tal-imsemmi digriet?
(d)
L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva atti leġiżlattivi bħar-ratifiki tal-permessi urbani jew ambjentali li jinsabu fl-Artikoli 5 sa 9 u 14 sa 17 tal-imsemmi digriet?
(3)
(a)
L-Artikoli 3(9) u 9(2),(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu proċedura, bħal dik stabbilita fl-Artikoli 1 sa 4 tal-istess digriet, li taħtha l-leġiżlatur tad-digriet jagħti permessi urbani u ambjentali li jiġu ppreparati minn awtorità amministrattiva u jistgħu jkunu kkontestati biss b’rikorsi speċifikati f’B.6 u B.7 quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-qrati ordinarji?
(b)
L-Artikolu 3(9) u 9(2),(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi bħar-ratifiki retroattivi li jinsabu fl-Artikoli 5 sa 9 u 14 sa 17 tal-imsemmi digriet, li jistgħu jkunu kkontestati biss b’rikorsi speċifikati f’B.6 u B.7 quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-qrati ordinarji?
(4)
(a)
L-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu proċedura, bħal dik stabbilita fl-Artikoli 1 sa 4 tal-imsemmi digriet, li taħtha digriet li jagħti permessi urbani jew ambjentali ma għandux huwa stess ikun fih l-elementi kollha li bihom jista’ jsir kontroll li dawn il-permessi huma bbażati fuq verifika xierqa minn qabel, magħmula skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tad-Direttiva 85/337/KEE?
(b)
L-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi bħar-ratifiki li jinsabu fl-Artikoli 5 sa 9 u 14 sa 17 tal-imsemmi digriet, li ma fihomx huma stess l-elementi kollha li bihom jista’ jsir kontroll li dawn il-permessi huma bbażati fuq verifika xierqa minn qabel, magħmula skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u tad-Direttiva 85/337/KEE?
(5)
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (3) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti awtorità leġiżlattiva li tapprova proġetti bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 16 u 17 tal-istess digriet, minkejja li l-istudju tal-effetti imwettaq f’dan is-sens kien ġie meqjus inkomplet mill-Kunsill tal-Istat, li ddeċieda skont il-proċedura ta’ urġenza estrema, u li l-istess studju huwa kontradett minn Opinjoni tal-awtorità tal-Reġjun tal-Wallonie responsabbli mill-ġestjoni ekoloġika fl-ambjent naturali?
(6)
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija negattiva, l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi kkunsidrata bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku l-kisba ta’ infrastruttura iddestinata li tospita ċ-ċentru amministrattiv ta’ kumpannija privata u li takkomoda numru kbir ta’ ħaddiema?
(1) Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus ġiet iffirmata fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata, f’isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 124, p. 1)
(2) Direttiva tal-Kunsill 85/337, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).
(3) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
Full & Egal Universal Law Academy