3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2010 — Mathilde Grasser vs Freistaat Bayern
(Kawża C-184/10)
2010/C 179/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mathilde Grasser
Konvenut: Freistaat Bayern
Domanda preliminari
L-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva 91/439/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ospitanti għandu d-dritt li ma jirrikonoxxix liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, fil-każ fejn, dak li jkun hemm miktub fl-imsemmi dokument jikser l-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmija direttiva, jekk l-Istat Membru ospitanti ma jkunx adotta qabel, fil-konfront tal-persuna li nħarġitilha l-liċenzja tas-sewqan, dispożizzjoni skont l-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva?
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317).
Full & Egal Universal Law Academy