17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-16 ta’ April 2010 — Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros u Reaseguros (GENESIS) vs Boys Toys S.A., Administración del Estado
(Kawża C-190/10)
2010/C 195/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Génesis Seguros Generales Sociedad Anónima de Seguros u Reaseguros (GENESIS)
Partijiet oħra: Boys Toys S.A. u Administración del Estado
Domanda preliminari
(1)
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1), tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, mhux biss id-data, iżda wkoll is-siegħa u l-minuta ta’ meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark quddiem l-UASI (dejjem sakemm din id-data tkun ġiet irreġistrata), sabiex tiġi ddeterminata l-prijorità ratione temporis fir-rigward ta’ trade mark nazzjonali ippreżentata fl-istess data, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola r-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark nazzjonali tikkunsidra li s-siegħa ta’ meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni hija rilevanti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 146
Full & Egal Universal Law Academy