31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2010 — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg
(Kawża C-193/10)
2010/C 209/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KMB Europe BV
Konvenut: Hauptzollamt Duisburg
Domanda preliminari
L-intestatura 8521 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni li tirriżulta mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħall-apparat li jaqra fajls MP3 u fajls multimedia oħra deskritti iktar ’il quddiem huwa eskluż minn din l-intestatura minħabba li għandu jsir riferiment għall-funzjoni prinċipali tal-apparat li jirriproduċi l-ħoss jew minħabba li l-kapaċità ta’ dan l-apparat li jirriproduċi immaġini fissi u films hija limitata għal screen żgħir b’riżoluzzjoni baxxa u bi frekwenza ta’ immaġini baxxa?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU L 301, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy