17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgerichts München I (il Ġermanja) fil-21 ta’ April 2010 — Robert Nicolaus Abt, Daniela Kalwarowskyj, Mangusta Beteiligungs GmbH, Karsten Trippel, VC-Services GmbH, Henning Hahmann vs Hypo Real Estate Holding AG
(Kawża C-194/10)
2010/C 195/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgerichts München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robert Nicolaus Abt, Daniela Kalwarowskyj, Mangusta Beteiligungs GmbH, Karsten Trippel, VC-Services GmbH, Henning Hahmann
Konvenuta: Hypo Real Estate Holding AG
Intervenjenti: Klaus E. H. Zapf, Inge Jung Arend
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/36/KE (1) għandu jiġi applikat, fid-dawl tar-rekwiżit taħt id-dritt Ewropew li ma jiġux adottati miżuri li jistgħu jikkompromettu direttiva, meta l-leġiżlatura nazzjonali timplementa miżura li l-effett tagħha jintemm mal-iskadenza tal-perijodu ta’ transpożizzjoni iżda li, matul dan il-perijodu, tippermetti li l-perijodu sabiex tissejjaħ laqgħa ġenerali jiqsar għal ġurnata, fejn il-laqgħa ġenerali tgħaddi riżoluzzjoni (għal żieda fil-kapital, b’esklużjoni tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni) li, mill-aspett statutorju, jibqa’ validu wara r-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali anki jekk din ir-riżoluzzjoni tiġi annullata abbażi ta’ azzjoni għal annullament li tiġi milqugħa?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: il-ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/36/KE jista’ jkun ġustifikat minn rekwiżiti ta’ dritt Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 297 KE?
(1) Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17)
Full & Egal Universal Law Academy