3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/20
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-195/10)
2010/C 179/33
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis, E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li,
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja ma implementatx l-Artikoli 8(a)(iv) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 91(5) tal-Att dwar il-ġestjoni tal-iskart [jäätmeseadus] ma jipprovdix sabiex tibqa’ teżisti s-sigurtà fiż-żmien, hekk kif l-Artikolu 13(d) jipprovdi għal xogħol ta’ wara l-għeluq u ta’ manutenzjoni meħtieġ fuq is-sit, hekk ukoll mhuwiex mitlub li l-ispejjeż ta’ wara l-għeluq għall-installazzjoni tat-trattament tal-iskart għandhom jiġu koperti għal perijodu ta’ mill-inqas 30 sena.
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.
Full & Egal Universal Law Academy