19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2010 — Paderborner Brauerei Haus Cramer KG vs Hauptzollamt Bielefeld
(Kawża C-196/10)
2010/C 161/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Paderborner Brauerei Haus Cramer KG
Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni tagħha tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001 (1) u fil-verżjoni tagħha tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett indikat bħala “malt beer base” b’kontenut alkoħoliku b’volum ta’ madwar 14 %, miksub minn birra ffermentata li ġiet ippurifikata u suġġetta għal ultrafiltrazzjoni, u li b’hekk il-konċentrazzjoni tal-ingredjenti bħas-sustanzi morri u l-proteini tnaqqsu, għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2208?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 279, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 290, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy