17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-23 ta’ April 2010 — Unio de Pagesos de Catalunya vs Administración del Estado u Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos — Iniciativa Rural del Estado Español
(Kawża C-197/10)
2010/C 195/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Unio de Pagesos de Catalunya
Konvenuti: Administración del Estado u Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos — Iniciativa Rural del Estado Español
Domanda preliminari
L-Artikolu 9(2)(b) tad-Digriet Irjali Nru 1470/2007, tat-2 ta’ Novembru 2007, li jissuġġetta l-possibbiltà ta’ kisba tal-ħlas tal-pagament uniku mir-riżerva nazzjonali għall-fatt li l-persuni inkwistjoni jkunu bdiewa żagħżagħ li jkunu wettqu l-ewwel pagament tagħhom fil-kuntest ta’ programm ta’ żvilupp rurali stabbilit abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (1), huwa konformi mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [għajnuna] fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 40, p. 269)
Full & Egal Universal Law Academy