17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-26 ta’ April 2010 — Secilpar — Sociedade Unipessoal SL vs Fazenda Pública
(Kawża C-199/10)
2010/C 195/08
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Secilpar — Sociedade Unipessoal SL
Konvenuta: Fazenda Pública
Domanda preliminari
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim konkluż bejn il-Portugall u Spanja dwar ħelsien minn taxxa doppja, it-tnaqqis mit-taxxa mħallsa minn ras il-għajn fuq id-dħul għas-sena 2003, kif ġiet intaxxata kumpannija mhux residenti fit-territorju nazzjonali, ta’ 15 %, fuq dividendi likwidi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, fil-kapaċità tagħha ta’ azzjonista ta’ kumpannija residenti fi Stat Membru, skont l-Artikoli 80(2)(c), u 88(3)(b), (4) u (5) taċ-CIRC (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares) u l-Artikolu 59 tal-EBF (Estatuto dos Benefícios Fiscais), fil-verżjoni tagħhom applikabbli dak iż-żmien, jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ libertà ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, stabbiliti fl-Artikoli 12, 43, 46, 56 u 58(3) tat-Trattat KE, kif ukoll l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE (1)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147)
Full & Egal Universal Law Academy