3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (Id-Danimarka) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet
(Kawża C-209/10)
2010/C 179/40
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret (Id-Danimarka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Post Danmark A/S.
Konvenuta: Konkurrencerådet.
Intervenjenti: Forbruger Kontakt a-s
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 82 KE [li sar l-Artikolu 102 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża postali li tinsab f’pożizzjoni dominati u li għandha obbligu ta’ distribuzzjoni, tipprattika tnaqqis fil-prezz b’mod selettiv għal livelli li huma inqas mill-ispiża totali medja tagħha, iżda ogħla mill-ispiża inkrementali medja tagħha, jikkostitwixxi abbuż intiż li jelimina kompetitur, anki jekk jiġi stabbilit li l-prezz ma ġiex iffissat fit-tali livell bl-għan li sseħħ it-tali eliminazzjoni?
(2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prattika ta’ tnaqqis selettiv tal-prezzijiet tista’, eventwalment, tikkostitwixxi abbuż intiż sabiex jeskludi, liema huma l-fatti li l-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra?
Full & Egal Universal Law Academy