17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hajdú-Bihar Megyei Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Urbán Márton vs Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága
(Kawża C-210/10)
2010/C 195/11
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Hajdú-Bihar Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Márton Urbán
Konvenut: Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága
Domandi preliminari
(1)
Sistema ta’ sanzjonijiet li tipprevedi obbligatorjament l-impożizzjoni ta’ multa ta’ ammont uniku li jista’ jilħaq HUF 100 000 għal kull ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, dwar l-użu tal-formola ta’ reġistrazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq hija konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85?
(2)
Sistema ta’ sanzjonijiet li ma taġġustax l-ammont tal-multa skont il-gravità tal-ksur imwettaq hija konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità?
(3)
Sistema ta’ sanzjonijiet li ma tippermettix li jittieħed inkunsiderazzjoni ebda fatt ġustifikattiv fir-rigward tal-kontravenjenti hija konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità?
(4)
Sistema ta’ sanzjonijiet li ma tagħmel ebda distinzjoni abbażi taċ-ċirkustanzi personali tal-awtur tal-ksur hija konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità?
Full & Egal Universal Law Academy