17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Il-Litwanja) fl-4 ta’ Mejju 2010 — F-Tex
(Kawża C-213/10)
2010/C 195/12
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F-Tex SIA
Konvenuta: UAB Jadecloud Vilma
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl tas-sentenzi Gourdain u Deko Marty Belgium tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) u l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li
(a)
il-qorti li quddiemha jitressqu proċeduri ta’ falliment għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiddeċiedi actio pauliana li tirriżulta direttament mill-proċeduri ta’ falliment jew li hija strettament marbuta magħha u li tista’ ssir deroga minn din il-ġurisdizzjoni biss abbażi ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Nru 1346/2000?
(b)
l-actio pauliana li hija ppreżentata mill-uniku kreditur ta’ impriża li fil-konfront tagħha nbdew proċeduri ta’ falliment fi Stat Membru, li
—
hija ppreżentata fi Stat Membru ieħor,
—
tistrieħ fuq dritt kontra terzi konvenuti li ttrasferit lir-rikorrenti permezz tar-riċevitur tal-falliment b’kuntratt b’titolu oneruż, fejn il-portata tad-drittijiet tar-riċevitur fl-ewwel Stat Membru kienu, minħabba dan il-fatt, limitati, u
—
ma tippreżenta ebda riskju għall-kredituri l-oħra eventwali,
taqa’ taħt il-materji ċivili u kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001?
(2)
Id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju ġudizzjarju, li huwa rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u li huwa ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li
(a)
il-qrati nazzjonali kompetenti sabiex jiddeċiedu fuq l-actio pauliana skont (abbażi tar-rabtiet ta’ din l-azzjoni mal-proċedura ta’ falliment) l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jew l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jistgħux it-tnejn li huma jirrinunzjaw għall-ġurisdizzjoni tagħhom?
(b)
meta qorti ta’ Stat Membru tkun ddikjarat l-actio pauliana bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor tista’ ex officio tiddikjara ruħha bħala kompetenti sabiex tiggarantixxi d-dritt tar-rikorrenti għal qorti, minkejja l-fatt li, skont ir-regoli dwar ġurisdizzjoni internazzjonali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, din ma tistax tieħu d-deċiżjoni f’dan is-sens?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 19).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy