17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/12
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-223/10)
2010/C 195/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Adam u I. Hadjiyiannis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE, tat-18 ta’ Lulju 2008, li jemenda [temenda] fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/78/KE (1) sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-direttiva msemmija jew sa fejn naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2008/74 skada fit-2 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 192, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy