3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/27
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-231/10)
2010/C 179/43
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
Il-Kummissjoni titlob li,
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (1), billi ma addotatx u/jew ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-leġislazzjoni kollha meħtieġa għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali skada fis-16 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 372, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy