31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-232/10)
2010/C 209/27
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u Ł. Habiak)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex timplementa kompletament id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti priċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE skada fil-21 ta’ Marzu 2009.
(1) ĠU L 247, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy