17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/13
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-233/10)
2010/C 195/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u H. Te Winkel)
Konvenut: Ir Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
Il-Kummissjoni titlob li
—
tiddikjara li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kiser l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis settur finanzjarju (1), billi ma adottax jew billi f’kull każ ma kkomunikax lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fid-dritt nazzjonali skada fl-20 ta’ Marzu 2009.
(1) ĠU L 247, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy